Programm tal-Festa – 2018

It-Tnejn 2 ta’ Lulju:

8.30pm       Jiġi ppreżentat id-dramm Sebastjan 255AD – 288AD fuq iz-zuntier tal-Knisja mill-Pageant Group tal-Parroċċa. Kitba u direzzjoni ta’ Sebastian Aquilina.

Il-Ħamis 5 ta’ Lulju:

7.30pm       Quddiesa għaż-żgħażagħ fl-okkażjoni tal-Festa fil-Knisja ż-Żgħira. Imexxi Dun Ewkarist Zammit, Kappillan. Inħeġġu liż-żgħażagħ biex jattendu.

Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju:

6.30pm       Quddiesa u wara Adorazzjoni Ewkaristika fil-Knisja, biex il-festa tħalli ġid spiritwali fina lkoll. Ikollna wkoll saċerdoti disponibbli għall-Qrar.

Is-Sibt 7 ta’ Lulju:  Lejla Qormija

8.30pm       Fuq iz-zuntier tal-Knisja tiġi organizzata Lejla Qormija b’risq il-festa.

Il-Ħadd 8  ta’ Lulju:  Jum is-Sodalità ta’ San Sebastjan

9.30am       Quddiesa li fiha jiġi ċċelebrat s-Sagrament tal-Magħmudija.

Imexxi Patri Jethro Bajada OFM Cap., Saċerdot Novell.

6.00pm       Quddiesa bis-sehem tal-fratelli tal-Parroċċa tagħna, fejn fiha jingħata l-mandat lir-reffiegħa tal-vara. Imexxi Dun Mario Mangion, Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Ħal Qormi.

7.30pm       Tkompli l-Lejla Qormija fuq iz-zuntier tal-Knisja.

 It-Tnejn 9  ta’ Lulju:  Jum il-Preżentazzjoni tat-Trabi u Bidu tal-Festa Titulari

6.15pm:       L-Għaqdiet tal-Parroċċa jinġabru fil-Knisja ż-Żgħira, biex jimxu f’ koreto għal ħdejn l-istatwa tal-ġebel ta’ San Sebastjan, fejn tiqiegħed kuruna tar-rand u fjuri bi mħabba lejn il-Patrun tagħna. Issir tislima mill-Kappillan u jitkanta l-Innu Popolari.

7.00pm        Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-familji u t-trabi tagħhom li twieldu matul din l-aħħar sena. Fi tmiem il-Quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil San Sebastjan. Imexxi il-Kan. Dun Joe Mifsud.

8.15pm        Ħruġ tal-vara ta’ San Sebastjan mill-Knisja Parrokkjali sa fuq iz-zuntier. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan issellem lill-istatwa tal-Patrun tagħna.

It-Tlieta 10 ta’ Lulju:  Jum it-Tfal

6.15pm       Korteo mit-tfal bl-istatwa ż-żgħira ta’ San Sebastjan.  Jitlaq mill-MUSEUM tas-subien.  Matul it-triq isiru waqfiet ta’ riflessjoni quddiem l-istatwi ta’ San Sebastjan u ta’ San Ġorġ.

7.00pm       Quddiesa għat-tfal kollha tal-Parroċċa fil-Knisja Parrokkjali.

Imexxi Monsinjur Arċisqof Emeritu Pawl Cremona O.P. Inħeġġu lit-tfal kollha u l-familji tagħhom biex jieħdu sehem. Fi tmiem il-Quddiesa tingħata tifkira lit-tfal kollha.

L-Erbgħa 11 ta’ Lulju: L-Ewwel Jum tat-Tridu: Jum l-Anzjani  / Jum l-Għaqdiet Ċivili 

9.30am       Quddiesa għall-anzjani u l-morda Qriema, li fiha jingħata s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda. Imħeġġin jattendu l-anzjani kollha, sew dawk li  ma joħorġux minn djarhom kif ukoll dawk li jinsabu fid-djar tal-anzjani. Imexxi Dun Lino Azzopardi.

6.30pm       Qrar fil-Knisja Parrokkjali.

7.00pm       Quddiesa bis-sehem tal-Kunsill Lokali, Għaqdiet tal-festa u l-Għaqdiet Ċivili kollha. Imexxi il-Kan. Charles Cini, Arċipriet tal-Furjana, bil-priedka tal-Ewwel Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari.

Il-Ħamis 12 ta’ Lulju: It-Tieni Jum tat-Tridu: Jum il-Familja

6.30pm       Qrar fil-Knisja Parrokkjali.

7.00pm       Quddiesa bis-sehem tal-familji tal-Parroċċa. Il-mistiedna speċjali jkunu dawk li qed ifakkru l-5, 10, 25, 50 u 60 sena miż-żwieġ tagħhom. Imexxi Dun Mark Mallia Pawley, Arċipriet ta’ Ħad-Dingli, bil-priedka tat-Tieni Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari.

Il-Ġimgħa 13 ta’ Lulju:  It-Tielet Jum tat-Tridu: Jum il-Parroċċa

6.30pm       Qrar fil-Knisja Parrokkjali.

7.00pm       Quddiesa bis-sehem tas-Saċerdoti tal-Parroċċa, flimkien mas-Saċerdoti u Reliġjużi Qriema, biex flimkien nitolbu lil Alla għal aktar vokazzjoniet mill-Parroċċa tagħna. Mistiedna b’mod speċjali l-Membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-membri kollha tal-Għaqdiet u l-Kummissjonijiet tal-Parroċċa u dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu s-sehem tagħhom fil-ħajja tal-Parroċċa.  Imexxi Dun Martin Cardona, Kappillan ta’ Ħal Kirkop, li din is-sena qed jiċċelebra 25 anniversarju mill-Ordinazzjoni Saċerdotali tiegħu. Il-priedka tat-Tielet Jum tat-Tridu ssir minn Patri Philip Cutajar OFM Cap. Wara kurunella, Innu tal-Martri, Antifona, Barka Sagramentali u Innu Popolari.

Is-Sibt 14 ta’ Lulju: Lejliet il-Festa

7.30am       Qrar fil-Knisja.

8.30am       Quddiesa minn Dun Sergio Fenech, Viċi Arċipriet tal-Mosta li tispiċċa bil-kant tat-Te Deum. Mistiedna speċjali l-Emigranti li jinsabu fostna għall-festa.

5.15pm       Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali.

6.15pm:      Konfessuri Barranin għall-Qrar.

6.30pm       Toħroġ Purċissjoni mill-Knisja Parrokkjali għall-Knisja ż-Żgħira bis-sehem tal-fratelli, abbatini u Kleru.

6.45pm:      Wasla ta’ Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Knisja ż-Żgħira u nitolbu flimkien it-talba tal-Għasar tal-festa. Kulħadd mistieden biex nieħdu sehem.

7.15pm:      Translazzjoni Solenni bir-relikwa ta’ San Sebastjan Martri mill-Knisja ż-Żgħira sal-Knisja Parrokkjali fejn titkanata l-Antifona ta’ San Sebastjan.

8.00pm:      Quddiesa ta’ Lejliet il-festa mmexxija minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta.

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju: Jum il-Festa

Quddies filgħodu: 6.30am, 8.30am, 11.00am

8:30am       Quddiesa Solenni mmexxija mill-Kappillan Dun Ewkarist Zammit bis-sehem tal-Kleru tal-Parroċċa.  Il-Paniġierku jsir minn Monsinjur Paul C. Vella, Prepostu Arċipriet ta’ Santa Elena, B’Kara.

6.00pm       Quddiesa Solenni minn Dun Andrew Schembri, Viċi Kappillan ta’ Ħ’Attard.

7.15pm       Ħruġ tal-Purċissjoni bl-istatwa titulari ta’ San Sebastjan, li tgħaddi minn dawn it-toroq: il-Vitorja, San Rafel, San Sebastjan, San Bartilmew, il-Kbira, San Sebastjan, San Bartilmew sal-Knisja Parrokkjali.  Il-purċissjoni titmexxa minn Dun Andrew Schembri.

10.30pm     Dħul tal-purċissjoni bil-kant tal-Antifona u tingħata l-Barka Sagramentali.

Tnejn 23 ta’ Lulju: Dħul tal-vara fin-niċċa

6.30pm       Quddiesa ta’ ringrazzjament għall-festa. Wara l-Quddiesa l-istatwa ta’ San Sebastjan titqiegħed lura fin-niċċa.


  • Il-Ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-Knisja Parrokkjali mill-ħruġ tal-istatwa sa jum il-festa ser ikunu trasmessi fuq Radju Bastjaniżi FM, frekwenza 95, kif ukoll fuq l-internet.
  • Il-Kor Bel Canto u l-Orkestra fil-jiem tal-festa ser ikunu  taħt id-direzzjoni  ta’ Mro. Herman Farrugia Frantz.
  • In-nar kollu ta’ matul il-ġimgħa tal-festa ġie maħdum fis-St Sebastian Fireworks Factory taħt id-direzzjoni tal-licensee, is-Sur Justin Facciol.
  • Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan tkun taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Mro. Dominic Darmanin.