Innu u Antifona

F’jum il-ferħ tal-kbira festa
L’ilsna, il-qlub kollha, jtennulek,
Sebastjan f’dal jum ta’ imħabba
Inni sbieħ ukoll jinsġulek.

F’dan il-jum, il-ħlejjaq kollha
L-art, il-bħar u s-smewwiet
Tifħir, glorja lilek jagħtu
Tal-ikbar għeġubijiet.

Minn tad-dinja banda għal oħra
Jidwi kbir u sabiħ ismek,
Għalkemm l-isem le ma jisboq
Ta’ min ħalqek, Hu aqwa minnek.

O glorjuż suldat qalbieni
Minn t’appostlu prova int tajt,
Hemm fil-ħabs minn ta’ Nikostratu
T’Alla l-klema ppridkajt.

F’Ruma wisq kienu l-pagani
Il-fidi ħaddnu mħabba fik,
Ċarċru demmhom, mietu martri,
Wardiet sbieħ wisq kienu għalik.

Sliem għalik O Tawmaturgu,
Difensur tal-fidi tagħna,
B’dik l-imħabba li fik tgħammar
Deh’mexxina u ieqaf magħna.

Agħmel int li jitrażżnu
It-tempesti, il-mard u l-ġuħ
U żerniq ta’ ġranet isbaħ
F’ferħ jitbiddel tagħna id-dmugħ.

B’leħen wieħed u b’Qalb waħda
Kif aħna llum ferħanin
Viva ngħajtu SEBASTIANO
Protettur tagħna l-Qormin.

Antifona

Egregie Christi martyr Sebastiane princeps et propagator sanctissimorum praeceptorum. Ecce nomen tuum in libro vitae coelestis adscriptum est. Et memoriale tuum in saecula, in seacula. 

O kbir martri ta’ Kristu Sebastjanu. Prinċep, prinċep Sebastjanu. Tas-sema il-liġi bil-ħeġġa int xandart. Ara ismek, ara ismek miktub fil-ktieb tal-ħajja tas-sema. U t-tifkira tiegħek ma tintesa’ qatt.