Is-sejħa tal-abbati
L-abbati huwa tifel jew żgħażugħ li jixtieq ikun ħabib ta’ Ġesù. Għalhekk li tkun abbati hija tassew grazzja speċjali li l-Mulej jagħti lil xi wħud biex iservuh fuq l-altar fiċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija u f’xi funzjonijiet liturġiċi oħra.
Id-dmirijiet tal-abbati
L-abbati fil-parroċċa tagħna għandu dawn id-dmirijiet prinċipali:
- Jattendi regolarment għas-servizz ta’ meta jkun mitlub minnu.
- Jattendu għal-laqgħa ta’ formazzjoni u wara jkun hemm ħin ta’ logħob.
- Jipparteċipa fl-attivitajiet li jiġu organizzati. Fix-xitwa norganizzaw diversi ħajks li jintemmu b’xi logħba futbol u fis-sajf immorru l-baħar u xi ġranet Għawdex.
Stedina
Għeżież ġenituri, l-għaqda tal-abbatini tal-parroċċa tagħna tixtieq tistieden lit-tifel tagħkom biex bl-għajnuna ta’ Alla jidħol abbati mal-grupp sabiħ li għandna fil-parroċċa tagħna. Dawk li huma interessati jkellmu lil Fr Nicholas.
Nirringrazzjawkom tal-kooperazzjoni tagħkom.