Storja tal-Parroċċa

SenaĠrajja
1575Nhar it-2 ta’ Frar Mons. Pietro Dusina, Viżitatur Appostoliku żar Ħal Qormi u sab kappella dedikata lil San Sebastjan, u sabha nieqsa minn ħwejjeġ tal-quddies u affarijiet oħra.
1873Nhar l-14 ta’ Lulju, Michelangelo Azzopardi, mgħallem bennej, jippreżenta rikors lil Isqof Gaetano Pace Forno biex tinbena l-knisja ż-żgħira.

F’Ġunju Dun Alwig Ellul, kappillan ta’ San Ġorġ, fuq talba ta’ Mons. Arċisqof Gaetano Pace Forno, jagħti l-kummenti tiegħu dwar ir-rikors ta’ Azzopardi u jagħmel erba’ kundizzjonijiet.
1874Nhar is-7 ta’ Mejju isir kuntratt, Azzopardi jixtri dar fi Triq San Benedittu biex ipartatha ma dar fi Triq San Sebastjan, bi tħejjija għall-bini tal-Knisja ż-Żgħira.

Fil-21 ta’ Mejju jsir kuntratt quddiem in-nutar Gioacchino Frendo, fejn in-neguzjant Ġużeppi Chetcuti, mill-Furjana, jagħti bi tpartit lil Mikelanġ Azzopardi d-dar numru 8 fi Triq San Sebastjan minflok id-dar numru 34 fi Triq San Benedittu.
1880Jinagħta bidu għall-bini tal-Knisja ż-Żgħira minn M.A. Azzopardi flimkien ma Kola Pulis, ta’ Kalanċ, li kien miżżewweġ lil bint Mikelanħ li sadattint kien leħaq miet.
1890Nhar id-9 ta’ Marzu, Mons. Ġużeppi Mercieca, Vigarju ta’ l-Arċisqof ibierek il-Knisja ż-Żgħira, skond digriet tal-Papa Ljun XIII.
1893Nhar l-14 ta’ Lulju l-Arċisqof Pace Forno jiddikjara l-knisja ż-żgħira bħala sagramentali.
1918Nhar id-19 ta’ Lulju, Mons. Mauro Caruana, Arċisqof ta’ Malta, ħareġ digriet li bih il-knisja ta’ San Sebastjan iddikjaraha bħal Viċi Parroċċa.
1918-1935Matul dawn is-snin il-viċi Parroċċa kienet amministrata minn dawn il-viċi kappillan: Dub Ġużepp Buhagiar (1918); Dun Indri Fenech (1918-1920); Dun Saver Zahra (1920-1923); Dun Nikol Aquilina (1923-1927); Dun Ġwann Psaila (1927-1935).
1935Mons. Mauro Caruana, Arċisqof ta’ Malta joħroġ digriet tat-twaqqif tal-parroċċa nhar il-25 ta’ Ottubru.
1936Pussess ta’ Dun Alwiġ Psaila bħala l-ewwel kappillan nhar il-5 ta’ Jannar.

Nhar il-5 ta’ Jannar Anthony Saliba jkun l-ewwel tarbija mgħammda fil-parroċċa il-ġdida.

Nhar il-21 ta’ Jannar jiġi amminstrat l-ewwel sagrament taż-żwieġ fil-parroċċa lill-koppja Salvu Galea u Carmela Saliba.
1937Nhar it-18 ta’ Jannar, il-Kappillan Alwiġ Psaila jagħmel talba lil Sir Charles Bonham-Carter, il-Gvernatur ta’ Malta, sabiex dan jgħaddilha biċċa art fi Triq San Bartilmew biex fuqha tinbena l-knisja l-ġdida.

Nhar l-Għid il-Kbir inħarġet l-istatwa ta’ l-Irxoxt b’żewġ suldati, xogħol Karmnu Galea, statwarju Qormi. Sa l-1980 din l-istatwa baqet tintuża fil-parroċċa u llum tinsab fil-Parroċċa tat-Trinita fil-Marsa.

Festa titulari ta’ San Sebastjan bdiet issir fit-tieni Ħadd ta’ Ġunju.
1938Nhar l-1 ta’ Lulju, R.Castillo, is-Segretarju tal-Gvern, jikteb lill-kappillan Psaila li l-gvern approva t-trasferiment ta’ l-art għall-bini tal-knisja.

Dun Ġużepp Cauchi maħtur bħala l-ewwel Viċi Parroku tal-Parroċċa San Sebastjan.

Nhar it-18 ta’ Diċembru waslet fil-parroċċa l-istatwa titulari bla induratura.
1939Nhar it-22 ta’ Diċembru, il-Perit Annetto Mifsud Ellul, jippreżenta l-pjanti għall-knisja l-ġdida ddisinjati minn Arthur Żammit.
1940Nhar l-4 ta’ Frar beda t-tqegħid tal-pedamenti tal-Knisja ta’ San Sebastjan, taħt l-imgħallem Gelander Bonniċi.

Dun Gejt Cassar ikun l-ewwel persuna residenti fil-parroċċa ta’ San Sebastjan li jirċievi l-Ordni Sagri.
1944Nhar it-2 ta’ Lulju, waslet fil-parroċċa l-istatwa indurata u tbierket mill-Kappillan Psaila. Imbagħad ħarġet fil-festa li saret il-Ħadd 9 ta’ Lulju.
1946Nhar is-27 ta’ Jannar, Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi, jqiegħed l-ewwel ġebla tal-Knisja ta’ San Sebastjan.
1948cTlestiet l-istatwa tad-Duluri xogħol tal-Qormi Xandru Mallia u li għandha salib intersjat minn Emanuel Montesin.
1950Dun Alfred Zahra ordnat saċerdot f’Ruma u kif ġie Malta beda jagħti servizz pastorali fil-parroċċa tagħna kif baqa’ jagħmel sa ma miet fl-2002.
1951L-artist Qormi, Emanuel Borg Gauci, jaħdem ventaltar tal-konkos għall-artal tal-Kripta.
1952Nhar l-20 ta’ Lulju, Mons. Mikiel Gonzi, Arċisqof, ibierek il-Kripta u jqaddes l-ewwel quddiesa fuq l-altar il-ġdid.

Dun Ġwann Bugeja ordnat saċerdot u jibda jagħti servizz pastorali fil-parroċċa tagħna fejn ġie imbagħad fl-1953 jgħix u baqa’ sakemm miet fl-2018.
1956Beda l-Kor Laudate Dominum bħala kor tax-xebbiet ta’ l-Azzjoni Kattolika.

Nhar id-9 ta’ Diċembru, jieqaf ix-xogħol fuq il-knisja minħabba nuqqas ta’ finanzi.
1957Nhar il-31 ta’ Ottubru, Dun Alwiġ Psaila jinħatar monsinjur tal-kattidral u jinħatar minfloku bħala kappillan Dun Ġużepp Cauchi.

Dun Ġużepp Cauchi jieħu l-pussess ta’ kappillan, fost ferment minn sezzjoni tal-parruċċani li riedu l-parroċċa tkun immexxija mill-patrijiet. Il-pussess jingħata mill-Vigarju, l-Isqof Mons. Emanuel Galea.
1958Nhar it-12 ta’ Marzu, reġa’ beda x-xogħol mill-ġdid tal-bini tal-knisja, mal- kuntrattur Ġużeppi Sultana minn Haż-Żabbar.
1961Nhar it-2 ta’ Lulju, il-Kappillan Cauchi ġab minn Milan ir-relikwarju ta’ San Sebastjan li jintuża waqt il-festi ta’ San Sebastjan. Ir-relikwarju tbierek mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi, waqt it-transulazzjoni li saret fit-8 ta’ Lulju.
1966Nhar Ħadd il-Għid, Mons. Isqof Emanuel Galea, bierek l-artal mejda li sar skond ir-riformi tal-Kunċilju, u miegħu żdied ukoll kanċell tal-ħadid mgħoti minn Salvu u Pawla Scerri.

Nhar is-7 ta’ Marzu, bl-għajnuna tat-tabib George Hyzler, l-art li fuqha kienet qed tinbena l-knisja ngħatat lill-Knisja għal ħlas ta’ lira ċens perpetwu.
1967Minn Marzu ta’ din is-sena sa sena wara l-Kappillan Cauchi jissellef £22000 b’imgħax ta’ 3% mill-Kurja biex jiffinanzja x-xogħol tal-Knisja.
1968Nhar il-31 ta’ Marzu, Dun Ġino Mangion, isir l-ewwel wild tal-parroċċa li jiġi ordnat saċerdot fil-kon-kattidral ta’ San Ġwann mill-Arċisqof Mons. Mikiel Gonzi.
1969F’Jannar, il-Kappillan Cauchi introduċa s-Silver Collection kull l-ewwel Ħadd tax-xahar biex jiffinanzja l-bini tal-knisja.

Nhar l-20 ta’ Jannar tkantaw bil-Malti is-Salmi tal-vespri bil-parteċipazzjoni tal-kor tal-parroċċa taħt id-direzzjoni tal-Maestro di Cappella Patri Edgar Gatt OP.

Nhar id-9 ta’ Marzu, Dun Ġużepp Cauchi jmut ħesrem u l-arċisqof jaħtar minn floku lil Dun Vincens Deguara li sa mill-1962 kien il-viċi tal-parroċċa.

Nhar is-27 ta’ April, Dun Vinċenz Deguara jingħata l-pussess tal-Parroċċa bħala kappillan.

Wara l-Għid il-Kbir, il-Kappillan Deguara jwaqqaf Kunsill Pastorali Parrokkjali bl-ewwel moderatur ikun Joe B. Xerri.

F’Settembru giet pubblikata l-ewwel ħarga tal-fuljett parrokkjali Sliem u Ħajja b’editur ikun Joe Camilleri.

Nhar it-30 ta’ Lulju, il-periti George Muscat Fenech u Godfrey Azzopardi jippreżentaw rapport fejn jirraportaw li l-kripta mhix tiflah għall-piż tal-knisja u jeħtieg li jsr ċirku tal-konkrit mserraħ fuq kollonni biex isolvu l-problema tax-xquq.
1970Nhar il-5 ta’ Lulju, saret il-prima messa ta’ Dun Joe Borg.

Il-Periti Harold Borg u Joseph Cachia Fearne tqabbdu mill-Kurja biex imexxu u jissorveljaw ix-xogħol ta’ tisħiħ tas-saqaf tal-Kripta. Aktar tard il-Perit Cachia Fearne ma setax ikompli b’din il-kariga u minfloku fl-1970 daħal il-Perit Joseph Mallia. Dan ix-xogħol sar mill-imgħallem Emanuel Abela tar-Rabat, flimkien ma’ Joe Attard mill-Marsa u Grezzju Briffa minn Ħal Qormi u mill-Kumpanija Gatt Bros. Ltd.

Nhar it-13 ta’ Diċembru, iċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi kollha bdew isiru fis-sala ta’ l-iskola tal-gvern li ġiet mislufa mill-gvern għal dan il-għan.
1972Nhar it-28 ta’ Ġunju, Mons. Arċisqof Mikiel Gonzi bierek u fetaħ mill-ġdid il-Kripta u nkixfet irħama kommemorattiva li tinsab fuq in-naħa tax-xellug ħdejn is-Sala Kappillan Ġużeppi Cauchi.

Il-festa titulari bdiet issir fit-tielet Ħadd ta’ Lulju. 

Il-Kor Laudate Dominum beda jkun dirett minn Dun Ġwann Buġeja u għall-ewwel darba tkantaw l-innijiet “O Mulej, int il-ħlas u l-kuruna” u l-antifona “O kbir Martri ta’ Kristu, Sebastjanu” (it-tnejn kompożizzjonijiet ta’ Dun Ġwann Buġeja).
1973Nhar it-22 ta’ Frar jiltaqa’ it-tieni Kunsill Pastorali mmexxi mill-Franċis Felice bħala president u Joe Camilleri bħala Viċi President.

Il-Periti Andre Żammit u Anthony Spiteri Staines nagħtaw l-inkarigu tat-tkomplija tal-Knisja u l-kuntrattur kienet il-Kumpanija Gatt Bros. Ltd bl-imgħallem ikun Kostantino Borg. Il-kuntratt ġie iffirmat fit-18 ta’ April 1973.
1974Biex ikun konformi ma’ l-Istatut kif maħruġ mill-Kulleġġ tal-Kappillani il-Kunsill Pastorali organiżża ruħu u l-kappillan beda jippresiedi l-laqgħat u b’moderatur inħatar Joe B. Xerri. Twaqqfu ukoll sitt Kummissjonijiet Parrokkjali.

Nhar is-6 ta’ April, l-għada tal-festa tad-Duluri, filgħodu kmieni miet ħesrem Dun Gino Mangion waqt li l-funeral sar il-Ħadd 7 ta’ April.
1977Nhar l-20 ta’ Novembru, inawgurat orgni elettriku minn Patri Albert Borg OESA, maestro di capella tal-kattidral bis-sehem tal-Kor Laudate Dominum.  Dan kien għotja ta’ Carmela Buġeja.

Il-Perit Italo Raniolo ddisinja koppla tal-konrit bi ħxuna ta’ 12.5cm u b’kuntratt iffirmat nhar it-22 ta’ Novembru x-xogħol nagħta lid-Ditta Cementstone mmexxija mill-Periti Joseph Cachia Fearne u ta’ Anthony Vassallo.
1978F’Marzu nbena x-xogħol tal-konrit tal-koppla biex saru it-48 pilastru tat-twieqi tal-koppla. Dis-sena saru wkoll l-erba’ kampnari mill-Kuntrattur Joseph Micallef.

Tlesta l-arloġġ tax-xemx mal-ġenb tal-knisja minn Dun Ġorġ Fenech.

Dun Eddie Muscat, beda jagħti servizz pastorali fil-parroċċa tagħna wara li rritorna mill-Amerika.
1979Nhar it-22 ta’ Marzu nbeda x-xogħol tal-konkrit tal-koppla li tlestiet nhar il-25 ta’ April tas-sena ta’ wara.
1980Nhar it-3 ta’ Ġunju beda x-xogħol fuq il-lanterna li tlestiet fit-28 ta’ Ġunju ta’ l-istess sena. Nhar it-28 ta’ Lulju l-koppla ngħalqet bit-tħejjija għas-salib li tlesta sa Settembru 1980.

Nhar it-28 ta’ Lulju l-koppla ngħalqet bi thejjija għas-salib li tlesta sa Settembru 1980.

Nhar id-19 ta’ Ottubru Mons Mikiel Gonzi bierek is-salib minn fuq iz-zuntier, waqt li Dun Vinċens Deguara flimkien ma’ għexieren ta’ parruċċani tela’ fuq il-koppla biex iwassal dik il-barka lis-salib u lill-parroċċa kollha. Qabel it-tberik Mons Carmelo Xuereb, Vigarju Generali ċċelebra quddiesa mmexxija mill-‘folk group’ tal-parroċċa dirett minn Dun Ġorġ Dalli.
1981Nhar il-15 ta’ Settembru, fi tmiem il-Purċissjoni tal-festa lituġika tad-Duluri, il-kappillan Dun Vinċenz Deguara, iċċelebra quddiesa fuq iz-zuntier li b’hekk ġie imżanżan uffiċjalment.

Nhar l-Għid il-Kbir inħarġet proċessjonalment l-istatwa preżenti tal-Irxoxt xogħol Ġlormu Dingli, li saret fuq inizjattiva ta’ Karmenu Falzon.

Nhar l-17 ta’ Lulju l-Kappillan Deguara bierek l-istatwi ta’ San Pietru u San Pawl xogħol ta’ Marco Montebello li tqegħdu f’posthom fuq iz-zuntier tal-Knisja tlett ijiem qabel. Dawn l-istatwi huma għotja ta’ Mikiel Bonello waqt li l-ġebel għall-pedestalli ngħataw minn Ġużeppi Mercieca ta’ Ħal Luqa.
1982Nhar il-11 ta’ Frar tbierket l-istatwi tal-Madonna u ta’ Santa Bernardina, xogħol bil-konkos ta’ Manwel Borg Gauci, fuq iz-zuntier.

Nhar id-29 ta’ Mejju, lejliet il-Pentekoste, Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca, fetaħ u bierek il-Knisja parrokkjali permezz ta’ quddiesa solenni assistit mill-Kappillan Dun Vinċenz Deguara, mill-Viċi Kappillan Dun Karm Mercieca u l-kleru tal-parroċċa.

Nhar it-18 ta’ Lulju, Jum il-Festa titulari ndaqqet mill-ġdid wara għaxar snin l-antifona “Egregie Christi Martyr” tas-surmast Vinċenzo Buġeja b’orkestrazzjoni ta’ Dun Ġwann Buġeja.
19844 ta’ Marzu twaqqfet l-Għaqda tal-Armar meta fil-Kripta għadd ta’ dilettanti u fil-preżenza ta’ Dun Vinċenz Borg iffurmaw l-ewwel kumitat.

29 ta’ Ġunju jirċievi l-Ordni Sagri Dun Joe Meli minn idejn l-Arcisqof Mons Guzeppi Mercieca.
1986Nhar id-19 ta’ Jannar, lejliet il-festa liturġika ta’ San Sebastjan, il-knisja ġiet ikkonsagrata minn Mons. Ġużeppi Mercieca Arċisqof waqt quddiesa konċelebrata minn tletin persuna bejn monsinjuri u saċerdoti. Dak in-nhar twaħħlu mal-ħitan it-tnax il-salib tal-konsaggrazzjoni xogħol tal-fibre minn Ġanni Bonniċi u kienu kollha għotjiet mill-parruċċani.

Nhar it-23 ta’ Marzu, it-Tifkira ta’ Ħadd il-Palm, tbierket il-Via Sagra xogħol tal-fibre minn Ġanni Bonniċi. Din il-Via Sagra ħallsu għaliha l-aħwa Karmnu, Żaren u Frans Debono. Il-benefatturi kienu Wistin u Marija Mifsud.

Fl-okkazzjoni tal-ħamsin sena mit-twaqqif tal-parroċċa, l-istatwa titulari ġiet indurata mid-ditta Horace Farruġia fuq direzzjoni ta’ Ġanni Bonniċi, waqt li l-karnaġjon għamlu Michael Camilleri Cauchi.
1987L-artal maġġur ġie irħamat minn Ġorġ Vella fuq disinn ta’ Ġanni Bonnici li żejjen l-artal ukoll b’mottif ta’ weraq tad-dielja magħmul mill-bronż.

Minn Diċembru nħatar Bord Editorjali ġdid ta’ Sliem u Ħajja b’editur ikun Joseph F. Grima.

Nhar id-19 ta’ Diċembru ġie inawgurat l-ambone ta’ l-irħam imżejjen b’simboli tal-bronż ta’ l-erba’ evanġelisti u iskrizzjonijiet mill-erba’ evanġeli.  Dan ukoll hu xogħol Ġanni Bonniċi u hu għotja tal-familja Cuschieri.
1988Fuq disinn tal-Perit Italo Raniolo tqegħdu l-erba’ konfessjonarji tal-kewba, li nħadmu minn Frans Schembri waqt li l-ħġieġ hu ta’ Joseph Żammit.

Nhar it-2 ta’ Mejju nbeda x-xogħol fuq il-friz skulturat minn Pawlu Galea u Karmnu Baldacchino b’disinn ta’ Ġanni Bonniċi. Il-Friz ta’ l-erba’ pilastri tlestew sal-festa ta’ l-1991.

Nhar is-26 ta’ Marzu, il-Vigarju Mons. Carmelo Xuereb, bierek l-iskultura ta’ Kristu Msallab li tiddomina l-presbiteru.  Din l-iskultura flimkien mad-disinn tal-prospettiva ta’ l-irħam huma wkoll xogħol Ġanni Bonniċi waqt li l-irħam tqiegħed minn Ġorġ Vella.

L-iskultura tal-bronż tat-tabernaklu fuq bażi ta’ irħam aħmar huma xogħol Ġanni Bonniċi u flimkien mas-sacrarium taż-żejt mqaddes ġew inawgurati nhar il-31 ta’ Marzu festa ta’ Ħamis ix-Xirka u huma għotja ta’ Karmena Vella.
1989Twaħħlu l-bibien tas-sagristija u tal-kappella tas-sagrament maħduma minn Oscar Schembri.
1990Nhar l-14 ta’ April, Sibt il-Għid, il-Kappillan Dun Charles Cordina bierek u nawgura l-battisteru, li tħallas minn Benedict Axisa, f’ismu u f’isem martu Salvina (mejta), waqt li l-ewwel tarbija mgħammda fih kienet Silvana Bezzina, neputija tal-benefattur.

Nhar id-9 ta’ Lulju, Dun Vinċenz Deguara, il-kappillan, iqaddes fil-knisja ż-żgħira fiċ-ċentinarju tal-ftuħ ta’ din il-knisja.

Il-kappillan Cordina waqqaf Kumitat mgħamul minn rapreżentanti ta’ l-għaqdiet tal-festa bil-għan li jsir pedestall ġdid għall-istatwa titulari.
1991Twaħħlu l-antiporti tal-bibien tal-ġenb.  Dawn inħadmu fit-Tarzna ta’ Malta.
1992Tlesta x-xogħol kollu fuq il-friz mad-dawra tal-knisja minn Pawlu Galea u Karmnu Baldacchino.

Nhar il-15 ta’ Lulju, nhar il-ħruġ tal-vara għall-festa titulari, sar għall-ewwel darba korteo mill-Knisja sa quddiem l-istatwa bis-sehem tal-Kunsill Pastorali, tal-Kummissjonijiet Parrokkjali, l-Għaqdiet reliġjużi u soċjali tal-parroċċa flimkien mal-Banda tas-Soċjeta Filarmonika Pinto.
1993Il-Purċissjoni tat-transulazzjoni nhar Sibt lejliet il-festa bdiet toħroġ mill-Qasam tal-Museum fi Triq San Bartilmew flok mill-Knisja ż-Żgħira jew mill-Kripta.
1994Il-purċissjoni ta’ Kristu Irxoxt bdiet issir il-Ħadd filgħodu wara rikors li kien ressaq il-Kappillan Cordina.

Nhar is-27 ta’ Ġunju, il-Kappillan Cordina ppreżenta l-pedistall għall-istatwa titulari kif mfassal mir-Rabti Frank Galea bil-panewijiet u l-ajkli tal-bronż maħduma fl-italja, waqt li x-xogħol ta’ l-injam inħadem minn Leonard Spiteri u Joseph Galdes.
1995Il-kor Laudate Dominum beda jkun dirett mis-Surmast Sebastian Camilleri, wara li għal bosta xhur kien qed ikun dirett minn Josephine Mifsud.
1996F’Mejju nhar il-festa ta’ Jum l-Omm il-Kor Angelicum tat-tfal taħt id-direzzjoni ta’ Antonella Borg u Aloisia Aquilina għamel id-debutt tiegħu. Iżżanżnet in-niċċa tal-vara titulari xogħol ta’ l-injam li tinkludi skultura ta’ Ġorġ Casha u interzjar minn Leonard Spiteri. Nhar is-26 ta’ Novembru, il-Kappillan Walter Cauchi ppreżenta rikors sabiex Mons. Arċisqof Ġużeppi Mercieca jagħti lill-parroċċa San Sebastjan l-art fi Triq San Dwardu halli fuqha jinbena ċentru pastorali.

Nhar is-26 ta’ Novembru, il-Kappillan Walter Cauchi ppreżenta rikors sabiex Mons Arċisqof Ġużeppi Mercieca jagħti lill-parroċċa San Sebastjan l-art fi Triq San Dwardu ħalli fuqha jinbena ċentru pastorali.
1997Minn Frar il-fuljett Sliem u Ħajja ikollu bħala editur lil Vince Peresso.

Nhar is-26 ta’ Settembru ġie ffirmat l-Kuntratt ma’ Taylors Bellfounders biex iforni lill-sett ta’ sitt qniepen. Dan il-proġett imniedi mill-Kappillan Cordina u mwettaq taħt l-parrokkat ta’ Dun Walter Cauchi kien inkarigat minnu Dun Joe Borg. Il-qniepen tħallsu minn diversi benefatturi waqt li għall-qanpiena l-kbira saret ġabra bieb bieb mal-parroċċa kollha. Bħala parti mill-proġett sar ukoll arloġġ b’sett qniepen għalih.
1998Nhar il-31 ta’ Mejju, waslu fil-parroċċa s-sett ta’ sitt qniepen akkumpanjati mill-Banda San Sebastjan tas-Soċjeta Filarmonika Pinto.

Nhar is-6 ta’ Ġunju, l-Arċisqof Mons. Ġużeppi Mercieca bierek il-qniepen waqt quddiesa li ġiet iċċelebrata fuq iz-zuntier tal-knisja. Ittellgħu fuq il-kampnari nhar id-29 ta’ Ġunju u ndaqqu għall-ewwel darba nhar l-13 ta’ Lulju waqt il-ħruġ tal-vara għall-festa titulari.
2000Il-pavimentar taz-zuntier tal-knisja żżanżan fil-festa titulari ta’ San Sebastjan.
2001Saret l-ewwel edizzjoni tal-Festival tal-hobż li ġie organizzat mill-grupp ROOTS, fi ħdan iċ-ċentru taż-żgħażagħ tal-parroċċa.
200429 ta’ Ġunju: wasla u tberik tal-pedistall ġdid tal-istatwa titulari. Sar fuq disinn ta’ Renzo Gauci li ħadem ukoll l-iskultura tiegħu. Xogħol tal-injam minn Joseph Galdes u indurat minn Horace Farrugia.

Fil-25 ta’ Settembru beda l-grupp taz-zgħazagħ, il-Pastoral and Liturgical Youth Group (P.L.Y.G.) bl-għan li janimaw b’mod zagħzugħ il-quddiesa.
2006Beda l-Mother and Baby Club
2007Mejju: Mons. Arċisqof Pawlu Cremona jiftaħ u jbierek iċ-Ċentru Pastorali San Sebastjan, fil-waqt li Mons Emeritus Ġużeppi Mercieca bierek iċ-Ċentru Pastorali Madonna Bon Kunsill.
200813 ta’ Settembru: il-Kurja tal-Arcisqof ħabbret li s-sitt kappillan tal-parroċċa se jkun Dun Joe Buhagiar li ħa l-pussess waqt quddiesa nhar is-17 ta’ Novembru.
2011Tifkira tal-75 anniversarju tal-parroċċa. Attivitajiet nkludew: quddiesa tal-Għid b’tifkira tal-ewwel magħmudijiet; żjara tar-relikwija tal-Kranju ta San Sebastjan, li nġiebet mill-Vatikan; ftuħ mill-ġdid tal-Knisja ż-Żgħira bħala knisja tal-adorazzjoni ewkaristika; żjara f”Ruma fuq il-passi ta’ San Sebastjan.
2013Tifkira tal-200 sena mill-pesta tal-1813 b’taħdita fil-Knisja ż-Żgħira minn Dr Joseph F.Grima u Vince Peresso. Il-quddiesa tal-ftuħ tal-festa titulari saret propriju quddiem l-istatwa votiva fil-pjazza.
2015Fil-mitejn sena mit-twelid ta’ San Ġwann Bosco, il-parroċċa tagħna lagħet fostna ix-xbieħa tal-qaddis li kienet qegħda ddur id-dinja bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet biex ifakkru dan l-anniversarju.

Fil-ħatra ta’ Mons Charles Scicluna bħala Arċisqof ta’ Malta, fil-parroċċa saret laqgħa ta’ talb flimkien miegħu bi tħejjija għall-konsagrazzjoni episkopali.
2016Mons Arċisqof Charles Scicluna joħroġ il-permess li jibda jsir pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Rendentur, liema pellegrinaġġ beda jsir fit-tielet Ġimgħa tar-Randan.
2017F’Ottubru l-Kappillan Buhagiar ħallas l-aħħar kont tas-self li kien sar fuq iċ-Ċentru Pastorali u fl-istess jum tnehda l-proġett tal-manutenzjoni tal-koppla.
2018F’Jannar Mons Arċisqof Charles Scicluna ħabbar li l-kappillan ġdid għall-parroċċa kellu jkun Dun Ewkarist Zammit li ħa l-pussess waqt quddiesa solenni nhar il-15 ta’ April.
201921 ta’ April: Mons Arċisqof għolla l-parroċċa bit-titlu arċipretali u ħatar lil Dun Ewkarist Zammit bħala l-ewwel Arċipriet.

9 Mejju: żjara tal-inkwadru devot tal-Madonna ta’ Pinu, akkumpanjata minn Mons Mario Grech, Isqof t’Għawdex.

9 Lulju: tifkira tal-75 sena mill-ewwel purċissjoni bl-istatwa titulari, billi wara quddiesa l-istatwa ittiehdet proċessjonalment sa fejn il-knisja tal-Vitorja u wara tqegħdet fil-Knisja ż-Żgħira.

25 Ottubru: Konsagrazzjoni tal-Knisja ż-Żgħira immexxija mill-Arċisqof Mons Charles J. Scicluna.

Informazzjoni miġbura mis-Sur Vince Peresso