L-ispiritwalita’ tagħkom hija mibnija madwar l-unita’. Bil-ħajja u bl-impenn tagħkom tixtiequ tagħtu sehem ħalli jitwettaq it-Testment ta’ Ġesu’: “Biex ilkoll inkunu ħaġa waħda. Bħalma int, Missier, inti fija u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina.” (Ġw 7,21). B’dan il-kliem il-Mulej qed jissuġġerilna – bħalma qal il-Konċilju Vatikan II — Ċertu xebh bejn l-għaqda tal-persuni divini u l-għaqda bejn ulied Alla fil-veirta’ u fl-imħabba” (G.S. 24). Mela l-aqwa mudell ta’ kif għandha tkun il-ħajja tal-bnedmin flimkien: it-Trinita! Minn dan il-mudell kbir joħorġu ħafna konsegwenzi anke għall-parroċċa. Il-vokazzjoni sabiħa tal-Komunita’ tal-knisja hi li tagħmel minn kollox biex issir, f’ċertu sens, xbieha tat-Trinita’ Qaddisa, “billi tgħaqqad flimkien id-differenzi umani (A.A.10) fl-unita’ bejn ix-xjuħ u żgħażagħ, nisa u rġiel, intelletwali u ħaddiema, sinjuri u faqr.
Mibnija bl-imħabba skond dan il-mudell, il-parroċċi tagħkom jistgħu jwettqu ħidma siewja ma’ dawk li jeħtieġu li xi ħadd iressaqhom lejn Kristu.