Iċ-Ċentru Pastorali San Sebastjan ilhu miftuħ b’mod uffiċjali sa mill-2006 minn Mons Arċisqof Pawlu Cremona u Mons Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca fi zmien il-parrokat ta’ Dun Walter Cauchi li ħadem ħafna biex dan ir-rigal tal-millenju jiġi fis-seħħ. Sa minn dak iż-żmien iċ-Ċentru Pastorali qed jaqdi funzjoni importanti ħafna fil-ħajja pastorali tal-parroċċa u tal-Arċidjocesi Maltija. Fiċ-Ċentru Pastorali jiltaqgħu ħafna gruppi li huma affiljati mal-parroċċa. Fiċ-Ċentru San Sebatsjan jiltaqgħu prinċipaljament il-Mother and Baby Club, il-Ladies Circles, il-Mixja Neo-Katekumenali, isiru s-seminars ta’ formazzjoni għaż-żwieġ u l-Pastoral and Liturgical Children Group. Fl-istess ħin ħafna gruppi differenti jikru u juzaw il-faċilitajiet differenti għal diversi attivitajiet soċjali, rikreattivi u edukattivi. Fiċ-Ċentru, qed jiltagqħu iz-żgħażagħ fi ħdan il-Pastoral and Liturgical youth Group (PLYG) fejn fih jorganizzaw diversi attivitjiet bħal maratoni ta’ sports, Skola Sajf u diversi attivitajiet oħra.
Il-faċilitajiet taċ-Ċentru Pastorali: Fiċ-Ċentru Pastorali San Sebastjan, issib Teatru li qed jiġi mgħammar biex jintuża għall-diversi okkażjonijiet. Bħala sala, tesa mal-400 persuna. Sala għall-parties u riċevimenti għall-okkażżjonijiet differenti: Gradwazzjoni, anniversarji, l-ewwel Tqarbin jew il-Grizma tal-Isqof u okkażżjonijiet oħra. Din is-sala għandha kċina mgħammra tajba magħha. Tista’ tuża wkoll il-bitħa l-kbira u sabiħa forma ta’ skorfina. Issib sala għall-konferenzi li tilqa’ mas-70 persuna u tipprovdi diversi faċilitajiet awdjo-visivi. Kmamar għal-laqgħat barra s-sala tal-Konferenzi, hemm kmamar mdaqqsa għal diversi okkażjonijiet: minn kmamar żgħar għal-laqgħat privati sa swali akbar fejn jistgħu jsiru konferenzi, parties u diversi okkażżjonijiet oħra.