Il-Komunità nisranija li titwieled mill-Kelma t’Alla

Il-komunità mhix sempliċiment xi ħaġa li tista’ torganizzaha. Il-komunità hija komunjoni. Biex titwieled il-komunita’ mhux bizzejjed li jkun hemm is-saċerdot, anke jekk, bħala rappreżantant tal-Isqof, huwa jwettaq biċċa xogħol ta’ siwi. Hemm bżonn l-impenn tal-parruċċani kollha, għax is-sehem tagħhom jiswa ħafna. Il-Konċilju Vatikan II saħaq b’ħiltu kollha fuq dan  (Lumen Gentium, 32-33) (Appostolat tal-Lajċi, 2-3; Saċerdoti 2). Għalhekk ninsab kuntent narakom hekk impenjati, għax tafu bis-sejħa tal-Mulej biex, flimkien mas-saċerdoti tagħkom, jagħmilkom bennejja ta’ komunitajiet ħajjin.

Żgur li din mhix biċċa xogħol ħafifa. Din mhix biss komunità ta’ bniedem.  Il-komunità nisranija hija realtà umana u divina. Għalhekk il-mistoqsija tagħna dwar kif titwieled komunità ssib risposta preċiża u sabiħa: fuq kollox ma titwelidx mill-isforzi tagħna. Huwa Kristu nnifsu li jqanqalha. Hija t-tħabbira tal-Aħbar it-Tajba tiegħu li jlaqqa’ flimkien lill-insara.  (L.G. 26, P.O.4). L-origini u l-bidu tal-komunità tal-Knijsa hija l-Kelma ta’ Alla imxandra, mismugħa, immeditata u mbagħad imqegħda fil-prattika fil-ħafna sitwazzjonijiet ta’ kull jum, biex nistgħu “napplikaw il-veritajiet ta’ dejjem fiċ-ċirkostranzi konkreti tal-ħajja.” (P.O. 4). Mela mhux biżżejjed tisma’ l-Kelma mhux biżżejjed titħabbar, jeħtieġ ngħixuha.

Naf li intom tiltaqgħu fi gruppi żgħar fil-parroċċi tagħkom fejn intom taħsbu fuq il-Kelma t’ Alla, u anke taqsmu ma’ xulxin l-esperjenzi li tkuni għextu. Dan jgħinkom biex tiskopru l-effett ta’ l-Aħbar it-Tajba fil-komunità. Sewwa, issa qiegħdu din l-esperjenza għas-servizz ta’ ħutkom irġiel u nisa. Siru bennejja ta’ komunitajiiet fejn, fuq l-eżempju ta’ l-ewwel komunità nisranija, tgħix u taġixxi l-Kelma  (Atti 6,7; 12-24).

Silta minn diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II – Kunu Bennejja tal-Komunitajiet – http://www.laikos.org/JPII_BennejjaKomunitajiet.htm