Sagramenti
Permezz ta’ Ġesu Kristu Alla l-Missier wera lilu nnifsu lill-Bnedmin. Għalhekk nistgħu ngħidu li Ġesu huwa s-sagrament ta’ Alla. Ġesu baqa preżenti fostna permezz tal-Knisja għalhekk il-knisja hija s-sagrament ta’ Kristu. Il-Knisja Kattolika Rumana hemm seba’ sagramenti, azzjonijiet simboliċi li flimkien mal-kliem propju huma sinjali visibbli ta’ grazzji invisibbli. Is-sagramenti jagħmlu presenti il-misteri salvifiċi tal-imħabba ta’ Kristu għall-Knisja tiegħu u huma sors ta’ ħajja u grazzja. Is-sagramenti huma effikaċi “ex opera operato” mill-fatt stess li jseħħ l-għemil u ma jiddependix mill-qdusija personali tal-ministru.
Il-magħmudija hija l-ewwel sagrament tal-bidu fil-komunita Nisranija. Dan ikun segwit mill-Ewkaristija fejn Kristu huwa presenti taħt il-forma tal-ħobż u tal-inbid. Ħafna drabi dan is-sagrament huwa marbut ma dak tar-Rikonċiljazzjoni fejn il-persuna tirċievi l-maħfra ta’ Alla. Il-Konfermazzjoni hija l-aħħar sagrament tal-inizjazzjoni biex issaħħaħ lin-Nisrani bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu fil-ħajja adulta. Iż-Żwieġ jagħti l-qawwa tal-imħabba t’Alla lill-koppja fil-waqt li l-Ordni Sagri jirċevuh dawk li huma magħżulin bħala presbiteri biex jaqdu lill-poplu t’Alla. Is-sagrament tad-dilka tal-morda jagħti l-qawwa li tfejjaq ta’ Ġesu lil hu anzjan jew marid.
Direzzjoni Spiritwali
Id-direzzjoni jew l-akkumpanjament spiritwali huwa meta jkun hemm sacerdot jew lajk li jkun ircieva certu tahrig biex jghin lil persuna oħra fir-relazzjoni taghha m’ Alla. Dan taghmlu billi tisma’ u tghin lill-persuna terga’ tghix l-esperjenzi li kellha m’Alla fit-talb. Hija relazzjoni qaddisa fejn id-dirrettur jghin lill-persuna tiskopri x’irid Alla minna fil-hajja tagħha, kemm fl-affarijiet il-kbar u kemm fid-decizjonijiet il-kbar tal-hajja. Dan isir billi jagħrfu l-movimenti tal-Ispirtu ġewwa l-persuna li titlob.
Alla jitkellem maghna permezz tar-relazzjonijiet taghna, tax-xoghol, tat-talb, l-isfidi tagħna u anke permezz tal-mumenti fejn ma nkunux nafu x’se nagħmlu ghax nigu bejn ħaltejn.
Għaliex id-direzzjoni / akkumpanjament Spiritwali?
- Forsi inti għandek xi deċiżjoni importanti x’tieħu f’xi żmien ta’ bidla fil-ħajja tiegħek?
- Tħossok imdejjaq jew tħossok niexef fil-mument tat-talb u tixtieq taqsam din id-diffikulta ma xi ħadd?
- Tixtieq li xi ħadd li jimxi miegħek, xi ħadd li jista’ jgħinek tkun leali lejn il-hajja spiritwali tiegħek?
Il-parroċċa qed toffrilek dan is-servizz importanti. Jekk tixtieq issaqsi aktar informazzjoni jew tagħmel appuntament ibghat email fuq [email protected] jew cempel l-uffiċċju parrokjali.