Il-komunità nisranija tgħix permezz tal-Kelma t’Alla, imma bħala ċentru u qofol tagħha għandha l-Ewkaristija. (ChristusDominus,30). Permezz ta’ l-Ewkaristija hija tniżżel l-għeruq fil-misteru ta’ Kristu Rxuxtat u permezz Tiegħu, fil-għaqda tat-tliet Persuni tat-Trinita’ nnifsha. Din hi l-profondità nisranija! Din hi t-tifsira taċ-Ċelebrazzjoni tal-Liturġija: huma jdaħluna fil-qalba tal-ħajja ta’ Alla; fihom aħna niltaqgħu ma’ Kristu li miet u rxoxta, u qed igħix fostna.
Imma dak li niċċelebraw irid jibdel lil ħajjietna. L-Ewkaristija turina xi jfisser it-taħbit tagħna, id-diffikultajiet li niltaqgħu magħhom fil-ħajja, it-tifsira ta’ kull tbatija. Dan kollu, magħqud mas-sagrifiċċju ta’ Kristu jista’ jinbidel f’offerta lil Alla u f’għajn ta’ ħajja. Xejn ma jista’ jżomm il-mixja tal-komunità li tgħallmet tgħix il-ħajja bħala Għid li ma jintemmx: bħala mewt u ħajja ġdida flimkien ma’ Kristu (Rum 6,4-8).
Silta minn diskors tal-Papa Ġwanni Pawlu II – Kunu Bennejja tal-Komunitajiet – http://www.laikos.org/JPII_BennejjaKomunitajiet.htm