2013 – L-Ewwel Tqarbina

2013 – L-Ewwel Tqarbina

Nhar il-Ħadd 26 ta’ Mejju, fit-tifkira tat-Trinità Mqaddsa, fil-quddiesa tad-9.30 am sebgħin tifel u tifla mill-Parroċċa San Sebastjan se jirċievu s-sagrament tal-ewkaristija għall-ewwel darba. Ningħaqdu magħhom u mal-familji tagħhom f’dan il-jum hekk sabiħ u ta’ ferħ. Nitolbu għalihom sabiex tul ħajjithom l-Ewkaristija jkollha post ċentrali.