Innu u Antifona

F’jum il-ferħ tal-kbira festa,
L-ilsna, l-qlub kollha jtennulek,
Sebastjan, f’dal-jum ta’ mħabba
Inni sbieħ ukoll jinsġulek.

F’dan il-jum, il-ħlejjaq kollha
L-art, il-baħar u s-smewwiet
Tifħir, glorja lilek jagħtu
Tal-ikbar għeġubijiet.

Minn tad-dinja banda għal oħra
Jidwi kbir u sabiħ ismek
Għalkemm l-isem le ma jiżboq
Ta’ min ħalqek Hu aqwa minnek.

O glorjuż suldat qalbieni
Minn t’appostlu prova tajt
Hemm fil-ħabs minn ta’ Nikostratu
T’Alla l-kelma int ppritkajt.

F’Ruma wisq kienu l-pagani
Li l-fidi ħaddnu ‘mħabba fik
Ċarċru demmhom, mietu martri
Wardiet sbieħ wisq kienu għalik.

Sliem għalik o tawmaturgu
Difensur tal-fidi tagħna
B’dik l-imħabba li fik tgħammar
Deh’ mexxina u ieqaf magħna.

Agħmel int illi jitrażżnu
It-tempesti, il-mard u l-ġuħ
U ż-żerniq ta’ ġranet isbaħ
F’ferħ jinbidel tagħna d-dmugħ.

B’leħen wieħed u b’qalb waħda
Kif aħna llum ferħanin
Viva ngħajtu SEBASTIANO
Protettur tagħna l-Qormin.

San Sebastjan ta’ Sodoma

Antifona

Egregie Christi martyr
Sebastiane, princeps
et propagator
sanctissimorum præceptorum,
ecce nomen tuum
in libro vitæ cælestis adscriptum est,
et memoriale tuum in sæcula.

O kbir martri ta’ Kristu
prinċep Sebastjanu,
tas-sema l-liġi
bil-ħeġġa int xandart.
Ara ismek
miktub fil-ktieb tal-ħajja tas-sema
u t-tifkira tiegħek ma tintesa qatt.