Il-Kunsill Pastorali Parrokkjali huwa magħmul minn rappreżentanti ta’ għaqdiet u movimenti reliġjużi u kummissjonijiet oħra fil-parroċċa, flimkien ma’ persuni oħra magħżula mill-Arċipriet. Il-ħidma tal-kunsill hija ta’ importanza kbira għax tiġi pjanata, eżekwita u evalwata l-ħidma pastorali tal-parroċċa.
Il-Kummissjoni Liturġija tikkoordina ċ-ċelebrazzjonijiet li jsiru fil-Knisja Arċipretali biex permezz tagħhom jinbena u jissaħħaħ il-Poplu t’Alla f’din il-parroċċa u jiġi f’kuntatt personali mal-Mulej.
Il-Kummissjoni Familja hija responsabbli tal-ħidma li ssir mal-familja u mal-għarajjes fil-parroċċa.
Il-Kummissjoni Kateketika tieħu ħsieb il-formazzjoni nisranija fil-parroċċa b’mod partikolari tat-tfal u l-adolexxenti.
Il-Kummissjoni Djakonija tikkoordina l-ħidma tal-parroċċa f’dak li hu servizz lil persuni li huma fil-bżonn fuq l-eżempju ta’ Ġesù li ħasel saqajn id-dixxipli.
Il-Kunsill Ekonomiku jżomm kontroll fuq il-finanzi tal-parroċċa, jipprepara stimi u budgets u jara li l-infiq tal-parroċċa jkun skont il-valuri tal-Evanġelu.