Darfil-Qrib

Il-parroċċa hi l-preżenza tal-Knisja f’territorju, l-imkien fejn tinstema’ l-Kelma, fejn tikber il-ħajja Nisranija, fejn isiru d-djalogu, it-tħabbira, l-imħabba ġeneruża, l-adorazzjoni u ċ-ċelebrazzjoni. Permezz tal-attivitajiet kollha tagħha, il-parroċċa tagħmel il-qalb u tifforma lill-membri tagħha biex isiru aġenti tal-evanġelizzazzjoni.

aqra aktar

Madwar l-Ewkaristija

Permezz tal-Ewkaristija l-kommunità tniżżel l-għeruq fil-misteru ta’ Kristu Rxuxtat u permezz Tiegħu, fil-għaqda tat-tliet Persuni tat-Trinita’ nnifsha. Din hi l-profondita’ nisranija! Din hi t-tifsira taċ-Ċelebrazzjoni tal-Liturġija: huma jdaħluna fil-qalba tal-ħajja ta’ Alla; fihom aħna niltaqgħu ma’ Kristu li miet u rxoxta, u qed igħix fostna.

aqra aktar

Kollox jibda mill-Kelma t'Alla

L-oriġini u l-bidu tal-komunità tal-Knijsa hija l-Kelma ta’ Alla imxandra, mismugħa, immeditata u mbagħad imqegħda fil-prattika fil-ħafna sitwazzjonijiet ta’ kuljum, biex nistgħu napplikaw il-veritajiet ta’ dejjem fiċ-ċirkostranzi konkreti tal-ħajja”. Mela mhux biżżejjed tisma’ l-Kelma mhux biżżejjed titħabbar, jeħtieġ ngħixuha.

aqra aktar

Imħabbamnissla f'qalbna

Il-parroċċa hija post privileġġjat biex tingħata din ix-xhieda, billi tirrepeti fi żmienna dawk il-ħwejjeġ tal-għaġeb li kien fihom l-ewwel komunitajiet, dik il-meravilja ta’ ħajja ġdida li mhux biss hi spiritwali imma soċjali u storika.

aqra aktar

Il-Komunità nisranija li titwieled mill-Kelma t’Alla

Il-komunità mhix sempliċiment xi ħaġa li tista' torganizzaha. Il-komunità hija komunjoni. Biex titwieled il-komunita’ mhux bizzejjed li jkun hemm is-saċerdot, anke jekk, bħala rappreżantant tal-Isqof, huwa jwettaq biċċa xogħol ta’ siwi. Hemm bżonn l-impenn tal-parruċċani kollha, għax is-sehem tagħhom jiswa

Ngħixu l-ħajja ma’ Kristu Rxoxt

Il-komunità nisranija tgħix permezz tal-Kelma t'Alla, imma bħala ċentru u qofol tagħha għandha l-Ewkaristija. (ChristusDominus,30). Permezz ta’ l-Ewkaristija hija tniżżel l-għeruq fil-misteru ta’ Kristu Rxuxtat u permezz Tiegħu, fil-għaqda tat-tliet Persuni tat-Trinita’

Ħajja ta’ Imħabba fil-Komunità

It-tielet ħaġa li tagħmel il-komunità: din hi l-imħabba mnissla f’qalbna mill-Ispirtu s-Santu (Rum 5, 5). Fil-fatt x’tiswa komunità mingħajr l-imħabba? X’tiswa jekk ma twettaqx dak li l-Konċilju jsejjaħ “Liġi” tal-poplu ġdid ta’ Alla: