Fost ix-xogħol li sar f’din il-Knisja, insemmu ż-żebgħa minn ġewwa, is-sistema ġdida ta’ dawl, ir-restawr tal-ġallarija, ir-restawr tal-pitturi tar-Redentur, tal-Qalb ta’ Ġesù u tal-Qalb ta’ Marija, u ta’ St Teresa ta’ Lisieux u Santa Katerina ta’ Siena. Tqegħdu f’posthom l-istatwi tal-Ecce Homo u ta’ Marija Addolorata, kif ukoll dawk ta’ Ommna Marija u ta’ San Ġużepp. Oġġetti antiki li kienu jintużaw fil-Knisja ġew imnaddfa, fejn kien hemm bżonn miżbugħa u mqegħda fil-post oriġinali tagħhom. Fi ftit ġimgħat oħra, mistenni jibda x-xogħol ta’ restawr minn barra tal-Knisja ż-Żgħira li ser ikun f’idejn il-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u Nfrastruttura.